Fis-sitt episodju ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Miriam Calleja Shaw, poetessa, awtriċi, traduttriċi u l-Viċi President ta' PEN Malta.
Miriam, li studjat u ħadmet bħala spiżjara, titkellem dwar kif għall-bidu kienet tħossha fil-marġini tal-komunità letterarja Maltija, speċjalment minħabba li tikteb l-iktar bl-Ingliż. Illum tgħix Alabama, fl-Istati Uniti, fejn hi attiva fi ċrieki letterarji, tagħti workshops fil-kitba kreattiva u qed timraħ f'ġeneri ġodda ta' kitba fosthom il-mikrostorja.
Miriam titkellem ukoll dwar il-bżonn tas-solidarjetà bejn l-awturi u l-ġurnalisti, u x-xogħol ta' PEN kontra l-persekuzzjoni tagħhom u l-attakki fuq il-libertà tal-kelma.
Nisimgħu ukoll il-poeżija profetika "Ix-Xita," miktuba mill-poeta Libjan Mustafa Trabalsi, li għereq fid-dulluvju f'Derna fil-11 ta' Settembru ta' din is-sena.
Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi
---
The sixth episode of Antenni Suspettużi is with Miriam Calleja Shaw, a poet, author, translator and Vice President of PEN Malta.
A chemist by profession, Miriam speaks about being a relative outsider to the Maltese literary world and how that changed over the years. She now lives in the Alabama, US, where she is engaged in literary circles, gives workshops on creative writing, and has started venturing into new writing forms, including flash fiction.
Miriam speaks about the need for solidarity between authors and journalists, and about the work carried out by PEN against their persecution and attacks on freedom of speech. We also hear a reading of "The Rain", a prophetic poem by Libyan poet Mustafa Al Trabelsi, killed in the floods in Derna on 11 September 2023.
Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday.
Host: Karl Schembri
Researcher: Clare Azzopardi
Twitter: @MaltaPEN
Facebook: PENMalta
Instagram: @pen_malta
Wesbite: https://pen.org.mt/
Email: PENMalta@gmail.com